Novena Don Bosco - Il-Hames Jum: Ghas-Salesjani, sacerdoti u lajci kkonsagrati u sorijiet

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Il-Ħames Jum - 26 ta’ Jannar: Għas-Salesjani, saċerdoti u lajċi kkonsagrati
u sorijiet.
O San Ġwann Bosco, int waqqaft is-soċjeta` Salesjana u s-sorijiet Salesjani biex ikomplu x-xogħol tiegħek maż-żgħażagħ. Nitlob, sabiex il-qassisin, brothers u sorijiet jistgħu jimtlew bl-ispirtu tiegħek, b’entużjażmu, b’imħabba u b’ferħ, u hekk jispiraw żgħażagħ oħra sabiex isegwuhom.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.