Novena Don Bosco - Ir-Raba’ Jum: Ghaz-Zghazagh

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Ir-Raba’ Jum - 25 ta’ Jannar: Għaż-Żgħażagħ.
O San Ġwann Bosco, int urejt imħabba ġeneruża u konkreta għaż-żgħażagħ. Għal ħafna minnhom kont missier u gwida u ħdimt għalihom b’sagrifiċċji kbar. Iż-żgħażagħ huma speċjali f’għajnejn Ġesù. Għin lilna wkoll naħdmu b’imħabba qaddisa u ġeneruża maż-żgħażagħ u li fihom inkunu kapaċi nilmħu l-persuna ta’ Kristu hu u jikber fir-raħal ta’ Nażaret.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.