Novena Don Bosco - It-Tieni Jum - Biex tikber id-devozzjoni lejn Marija.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

It-Tieni Jum - 23 ta’ Jannar: Biex tikber id-devozzjoni lejn Marija.
O San Ġwann Bosco, int li kellek tant imħabba lejn Marija Għajnuna ta’ l-Insara, Omm u gwida tiegħek, għinni sabiex jien ukoll ikolli l-istess imħabba profonda lejn Marija. Nitlob, sabiex nagħraf l-għajnuna u l-protezzjoni tagħha tul ħajti u li tkun ħdejja fis-siegħa tal-mewt tiegħi.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.