Novena Don Bosco - It-Tmien Jum: Ghad-don tas-Safa’
V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.
Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.
It-Tmien Jum - 29 ta’ Jannar: Għad-don tas-Safa’.
O San Ġwann Bosco, bil-grazzja ta’ Alla żammejt b’għożża kbira, l-imħabba għas-safa u ppridkajtha bil-kelma u bl-eżempju. Int mexxejt lil Duminku Savio lejn il-qdusija waqt li kien għadu tifel. Nitolbok tgħini nsib s-safa tal-qalb biex fil-ħajja tiegħi, ħaddieħor ikun jista’ jara fija il-ġmiel ta’ ħajja fi ħbiberija ma’ Kristu.
Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....
Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.

