Novena Don Bosco - L-Ewwel Jum: Ghall-imhabba lejn l-Ewkaristija.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

L-Ewwel Jum - 22 ta’ Jannar: Għall-imħabba lejn l-Ewkaristija.
San Ġwann Bosco, int li ħabbejt lil Ġesu fis-Santissmu Sagrament u li xerridt din l-imħabba ma’ oħrajn, għinni nifhem dan il-misteru hekk kbir ta’ l-imħabba ta’ Alla għalina u li nsibha, billi nieħu sehem ta’ spiss fil-quddiesa, fit-tqarbin u fil-viżti lis-Santissmu Sagrament li huwa saħħa u konsolazzjoni matul ħajti u fis-siegħa tal-mewt tiegħi.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.