Novena Don Bosco - Is-Seba’ Jum: Ghall-Missjunarji

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Is-Seba’ Jum - 28 ta’ Jannar: Għall-Missjunarji.
O San Ġwann Bosco, int li b’ħeġġa tiegħek għas-salvazzjoni tal-bnedmin, bgħatt lis-Salesjani wliedek f’artijiet imbegħda madwar id-dinja. Mis-sema nitolbuk tidħol għall-missjunarji u bierek ix-xogħol tagħhom. Għinni sabiex jien ukoll nakkwista l-ħeġġa tiegħek sabiex filwaqt li nkun nista’ naħdem b’entużjażmu u b’ġenerożita għas-salvazzjoni ta’ l-oħrajn, insalva ir-ruħ tiegħi.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.