Novena Don Bosco - Is-Sitt Jum: Ghall-Familja Salesjana.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Is-Sitt Jum - 27 ta’ Jannar: Għall-Familja Salesjana.
O San Ġwann Bosco, sabiex tkabbar il-fidi u l-imħabba fid-dinja, u xxerred ix-xogħol tiegħek maż-żgħażagħ, ispirajt bosta fundaturi biex jibdew friegħi ġodda fi-ħdan il-Familja Salesjana. J’Alla jkunu b’saħħithom, mimlija ħeġġa għall-apostolat u għall-ħidma tagħhom, u jxerrdu l-imħabba ta’ Kristu fid-djar tagħhom u fost iż-żgħażagħ kull fejn jgħixu u jaħdmu.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.