Novena Don Bosco - 22 sa 30 ta' Jannar

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Id-Disa’ Jum - 30 ta’ Jannar: Għall-familja, ħbieb, benefatturi u dawk fil-bżonn.
O San Ġwann Bosco, inti wrejt ħniena lejn nies li kienu jsofru jew fil-bżonn. Nitolbok tgħin lili, lill-familja tiegħi, lill-benefatturi tas-Salesjani u lil dawk kollha li nħobb, ħalli niksbu il-barka ta’ Marija Għajnuna ta’ l-Insara u l-grazzji kollha li għandna bżonn. Nitlob speċjalment li l-familji tagħna jkunu magħqudin fil-paċi u fl-armonija f’din il-ħajja biex miegħek inkomplu ngawdu wkoll lil Alla bil-ferħ ta’ dejjem fis-sema.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

It-Tmien Jum - 29 ta’ Jannar: Għad-don tas-Safa’.
O San Ġwann Bosco, bil-grazzja ta’ Alla żammejt b’għożża kbira, l-imħabba għas-safa u ppridkajtha bil-kelma u bl-eżempju. Int mexxejt lil Duminku Savio lejn il-qdusija waqt li kien għadu tifel. Nitolbok tgħini nsib s-safa tal-qalb biex fil-ħajja tiegħi, ħaddieħor ikun jista’ jara fija il-ġmiel ta’ ħajja fi ħbiberija ma’ Kristu.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Is-Seba’ Jum - 28 ta’ Jannar: Għall-Missjunarji.
O San Ġwann Bosco, int li b’ħeġġa tiegħek għas-salvazzjoni tal-bnedmin, bgħatt lis-Salesjani wliedek f’artijiet imbegħda madwar id-dinja. Mis-sema nitolbuk tidħol għall-missjunarji u bierek ix-xogħol tagħhom. Għinni sabiex jien ukoll nakkwista l-ħeġġa tiegħek sabiex filwaqt li nkun nista’ naħdem b’entużjażmu u b’ġenerożita għas-salvazzjoni ta’ l-oħrajn, insalva ir-ruħ tiegħi.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Is-Sitt Jum - 27 ta’ Jannar: Għall-Familja Salesjana.
O San Ġwann Bosco, sabiex tkabbar il-fidi u l-imħabba fid-dinja, u xxerred ix-xogħol tiegħek maż-żgħażagħ, ispirajt bosta fundaturi biex jibdew friegħi ġodda fi-ħdan il-Familja Salesjana. J’Alla jkunu b’saħħithom, mimlija ħeġġa għall-apostolat u għall-ħidma tagħhom, u jxerrdu l-imħabba ta’ Kristu fid-djar tagħhom u fost iż-żgħażagħ kull fejn jgħixu u jaħdmu.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Il-Ħames Jum - 26 ta’ Jannar: Għas-Salesjani, saċerdoti u lajċi kkonsagrati
u sorijiet.
O San Ġwann Bosco, int waqqaft is-soċjeta` Salesjana u s-sorijiet Salesjani biex ikomplu x-xogħol tiegħek maż-żgħażagħ. Nitlob, sabiex il-qassisin, brothers u sorijiet jistgħu jimtlew bl-ispirtu tiegħek, b’entużjażmu, b’imħabba u b’ferħ, u hekk jispiraw żgħażagħ oħra sabiex isegwuhom.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Ir-Raba’ Jum - 25 ta’ Jannar: Għaż-Żgħażagħ.
O San Ġwann Bosco, int urejt imħabba ġeneruża u konkreta għaż-żgħażagħ. Għal ħafna minnhom kont missier u gwida u ħdimt għalihom b’sagrifiċċji kbar. Iż-żgħażagħ huma speċjali f’għajnejn Ġesù. Għin lilna wkoll naħdmu b’imħabba qaddisa u ġeneruża maż-żgħażagħ u li fihom inkunu kapaċi nilmħu l-persuna ta’ Kristu hu u jikber fir-raħal ta’ Nażaret.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

It-Tielet Jum - 24 ta’ Jannar: Lealta` lejn il-Knisja u lejn il-Papa.
O San Ġwann Bosco, inti kellek imħabba kbira għall-Knisja u lealta` lejn il-Papa. Għinni sabiex jien ukoll inkun membru fidil tal-Knisja Kattolika, kburi bil-fidi tiegħi, leali u ubbidjenti lejn il-Papa, Vigarju ta’ Kristu, u lejn l-Isqfijiet u l-qassisin li jaqsmu l-ministeru tiegħu.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

It-Tieni Jum - 23 ta’ Jannar: Biex tikber id-devozzjoni lejn Marija.
O San Ġwann Bosco, int li kellek tant imħabba lejn Marija Għajnuna ta’ l-Insara, Omm u gwida tiegħek, għinni sabiex jien ukoll ikolli l-istess imħabba profonda lejn Marija. Nitlob, sabiex nagħraf l-għajnuna u l-protezzjoni tagħha tul ħajti u li tkun ħdejja fis-siegħa tal-mewt tiegħi.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu....

Nitolbu.
Alla Missier, kienet ir-rieda tiegħek li permezz ta’ l-interċessjoni tal-Verġni Marija, San Ġwann Bosco kellu jibda familja ġdida fi ħdan il-Knisja sabiex jaħdmu għas-salvazzjoni taż-żgħażagħ; agħmel, nitolbuk, li aħna wkoll, imħeġġa bl-istess fjamma ta’ mħabba, nfittxu l-erwieħ u naqdu lilek biss, bi Kristu Sidna.

V. O Alla ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għini.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,
issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

L-Ewwel Jum - 22 ta’ Jannar: Għall-imħabba lejn l-Ewkaristija.
San Ġwann Bosco, int li ħabbejt lil Ġesu fis-Santissmu Sagrament u li xerridt din l-imħabba ma’ oħrajn, għinni nifhem dan il-misteru hekk kbir ta’ l-imħabba ta’ Alla għalina u li nsibha, billi nieħu sehem ta’ spiss fil-quddiesa, fit-tqarbin u fil-viżti lis-Santissmu Sagrament li huwa saħħa u konsolazzjoni matul ħajti u fis-siegħa tal-mewt tiegħi.